Inkejjel l-univers
u triqti nsib bla nsaqsi
intellaq għomri kollu
u ħadd ma jiġri daqsi
Jien l-argużin tal-madmad
insaħħan, jew niffriża
inbewwes, jew insawwat
biex nagħti xi tbeżbiża
Inħobb nittanta l-pniener
kull xaqq issibni fih
insaffar u ninbaram
u bħat-tfal żgħar niblieh
In-naħal jafni b’għadu
l-istess dublett fil-wisa
biss l-iktar li nħobb nagħmel
inħabbel xagħar in-nisa!
Intektek bil-għaġġla
Fuq spralli u qigħan
Indellel, nikkakkma
bankini u qatran.
Jien nisħaq supperva
Il-loqom b’għarqbejja
Bla noqgħod attenta
Insebbaħ bi ġmieli
Lill-aqwa skarpin
Niżżegleg, nintlewa,
Mat-tfajla fiż-żfin.
Tilbisni biex togħla
Ż-żinżilla qasira
Inġorrha fuq dahri
Għamlitni lsira
Jien l-għadu tat-twapet
Madum u l-irħam
Għax nigref u nbenġel
U ntaqqab l-injam
Jobgħodni s-silenzju
Ta’ waqt it-tqarbin
Għax nikser il-ġabra
Ta’ l-isbaħ ftit ħin.
Xi drabi bħall-lapes
Jien twila u rqiqa
Għax minni żaqqieqa
Nitfellel, nitkagħbar,
Nissammar b’musmar
Biex jaqla’ wkoll bija
l-għixien l-iskarpar.
Hemm dawk imsejħa vini
Li jżejnu l-injam tagħna
Jgħinuk biex magħhom timxi
Inti u għaddej biċ-ċana.
Kultant ikunu dritti,
Inkella ftit mgħawwġin,
Fejn kbar, u fejn jirqaqu,
B’xi ngroppi mżejnin.
U dawk ta’ ġo ġisimna
Li minnhom jgħaddi d-demm
Ukoll jissejħu vini,
U minnhom tgħidx kemm hemm.
U dawk li jkunu eħxen
Arterji, insejħulhom;
Demm tajjeb iwasslulhom.
L-istess ngħidu għat-toroq
l-arterji huma l-kbar
li jwasslu għal ġor-raħal,
għall-vini, t-toroq żgħar.
Kemm nixtieq li kelli rota
kemm nixtieq li naf insuq
nixtri waħda
mill-aħjar li hawn fis-suq
Fuqha noħroġ lil ħabibi
illi jsuqha ma jistax
żgur li jifraħ u jixxala
għalkemm huwa ma jarax
Waqt li naqdfu, ż-żiffa friska
taħbat f’wiċċna għal darba tnejn
tixxuttalna l-għaraq mielaħ
li jiżżerżaq mal-ħaddejn.